PREVIOUS

NEXT

 



10. Agħti lsien l-ogħla foħrija

Agħti lsien l-ogħla foħrija
Għax jifdina b’ġismu ried
U għalina jxerred Demmu
Dak li jsaltan fis-smewwiet
Demm imnissel ġewwa l-maqdes
Ta’ ġuf l-omm tal-ommijiet.

Lilna mogħti, lilna mwieled
Minn omm xebba bla mittiefsa
Hu, bħal bniedem għoġbu jgħammar,
Jiżra’ s-sewwa fina ried;
Sakemm fl-aħħar ħajtu fostna
Temm fost l-ogħla għeġubijiet.

Tul il-lejl tal-aħħar ċena
Qagħad flimkien mal-magħżulin;
Magħhom kien biex radd l-għemejjel
Skont il-liġi mitlubin.
Lilu nnifsu, mbagħ’d tahom jieklu
Lit-tnax miegħu miġburin.

Hekk bil-kliem tal-kelma bniedem
Il-ħobż veru ġismu sar,
U l-inbid inbidel f’demmu
Dawl imgħotti wara star,
Li biex jifhmu moħħ il-bniedem
Mit-twemmin ma jsibx aħjar.


San Tumas t’Akwinu

 

 

 

92 flat 3, St. Joseph High Rd., St. Venera, SVR1014, Malta.
Tel: (+356) 21484506  Fax: (+356) 21482656  

Email: info@awakeningasaph.org  Website: www.kdz.org.mt

 

 


 
Available from KDZ office
    
 
MELODY (Score)