PREVIOUS

NEXT

 



31. Angelus

Lilek Omm Alla b’għaxqa nsellmulek
Xħin tfiġġ il-għodwa
L-għanja ngħannulek.
Bil-ferħ bil-hena qlubna mogħnija
Ave Marija, Ave Marija.

Xħin b’saħħa tiżreġ ix-xemx ħanina
F’nofs il-jum sbejjaħ
Biex ħajja ttina
L-ilħna lejk nerfgħu
F’għanja smewwija
Ave Marija, Ave Marija.

Xħin jgħib minn fuqna
Dad-dawl fiddieni
U d-dalma taqa’ tal-lejl sewdieni,
Lilek insellmu ja Omm qawwija
Ave Marija, Ave Marija.



Andrea Castelli
Addattata għall-Malti minn Dun C. Sciberras

 

 

 

92 flat 3, St. Joseph High Rd., St. Venera, SVR1014, Malta.
Tel: (+356) 21484506  Fax: (+356) 21482656  

Email: info@awakeningasaph.org  Website: www.kdz.org.mt

 

 


PRESENTATION
Chords
Available from KDZ office
Powerpoint
   
CHORDS (Guitar)
MELODY (Score)